What's inside


Welcome

Br Dennis: Director of Vocations Hi friends!

My name is Br Dennis Calleja, and I come from Marsa. I welcome you to this new edition of the capuchin-vocations.org site. I hope you enjoy it and keep coming to it as often as you wish to. If you wish to contact me, I will be more than happy to answer to your queries. God Bless you all.
Contact Info
Capuchin Friary,
St. Liberata Str.,
Kalkara KKR 1618
Malta

(00356)21800612
(00356)21825724

E-mail:
emmaus@waldonet.net.mt

“NINSAB KUNTENT LI QIEGHED NGHIX DIN IL-HAJJA”

Jien Br.Karmenu Aquilina nixtieq naqsam maghkom l-esperjenza vokazzjonali.

Br.Karmenu Aquilina Parrocca San Nikola, Siggiewi Jien kont zaghzugh bhal hafna zghazagh ohra. Xejn ma nara specjali aktar minn haddiehor, anzi nista’ nghid li kont tajjeb f’affarijiet u f’ohrajn kont inqas tajjeb u f’ohrajn nista nghid li ma naf xejn. Kont hekk u hekk se nibqa’ ghax impossibbli bniedem ikun jaf kollox, Alla wahdu jaf kollox. Nista’ nghid ukoll li kelli esperjenzi ta’ xoghol u forsi anki hobbies naqra partikulari minn meta kont zghir. Ezempju: kont inhobb naghmel flokijiet tas-suf bil-labar, meta kbirt bhala xoghol ]dimt f’fabrika li taghmel ghodda specjalizzata li kont hafna kuntent filwaqt li bidilt ix-xoghol u mort l-Enemalta, imma ma domtx wisq hemm u ergajt bdejt nahdem il-fabrika fejn kont. Wara xi sentejn ftaht ghall-rasi naghmel xoghol ta’ inginejrija fuq heavy machinery u anki ghamilt xoghol ta’ strutturi tal-hadid fl-SGS Thompson u anki t-Toly Products flimkien ma’ kunttratur iehor. Kelli hafna ambizjoni ghall-futur li nkabar dan in-negozju tieghi. Bhala delizzju li kelli kien li kont nahdem in-nar tal-art, kont inhobbu u ghadni nhobbu bhalma nhobb anki lir-rahal tieghi s-Siggiewi. Imma gara..!

X’gara allura, nista’ nghid li kelli bidla f’hajti kbira mhux hazin, mhux fl-apparenza lanqas fil-karatru jew f’dak li joghgobni jew ma joghgobnix. Il-bidla kienet nista’ nghid spiritwali, qabel kont aktar koncentrat fuq dak li hu materjali, imma meta iltqat mal-persuna ta’ Gesů tlabtu jibdilni, weghdtu li ntih hajti ghalkemm ma kontx naf kif. Dejjem fittixt l-ghajnuna ta’ min jifhem u ghal grazzja ta’ Alla sibt direttur spiritwali li jista’ jifhem sewwa d-diffikultajiet tieghi. Ghenni nimxi f’din il-hajja spiritwali b’mod li nkun nista’ nifhem aktar il-persuna ta’ Gesů (jigifieri nibni relazzjoni mieghu), u mhux biss insir naf dwaru x’jghid haddiehor fuqu. Kien zmien sabih f’hajti ghalkemm ukoll kien difficli, imma bl-ghajnuna ta’ Alla skoprejt li kont ghaljenat fuq il-hwejjeg tad-dinja u gharaft ukoll li l-vokazzjoni (sejha) kienet ilha hemm, imma jien dejjem kont nirrifjuta billi dejjem fittixt affarijiet ohra li setghu jimlewli hajti.

Hajti nbidlet u dhalt mal-Patrijiet Frangiskani Kapuccini 7 snin ilu fis-6 ta’ Novembru 2001, filwaqt li ghamilt il-Professjoni Semplici fid-9 ta’ Lulju 2004 u issa ghadni kemm ghamilt il-Professjoni Perpetwa, nhar id-29 ta’ Awwissu 2008. Ninsab kuntent li qieghed nghix din il-hajja u nirringrazzja lil Alla ta’ din is-sejha, filwaqt li kultant nuza t-talenti li Alla ghogbu jaghtini dawk li kont nuza qabel, bhala mekanik u xoghol iehor mhux biss f’Malta, imma issa wkoll gewwa Viterbo, l-Italja, fejn qed inkompli l-istudji tieghi. Nispicca b’nota li kiteb San Pawl fl-ewwel Ittra lit-Tessalonkin, li meta ltqajt maghha zammejtha bhala l-programm ta’ hajti. “Nitlobkom, huti, isimghu minn dawk li qeghdin jahdmu f’nofskom, u li l-Mulej qeghedhom fuqkom biex iwissukom. Ghozzuhom u hobbuhom kemm tifilhu minhabba fil-hidma taghhom. Ghixu fis-sliem bejnietkom. Ahna nheggukom, huti, biex twiddbu lill-ghazzenin, taghmlu l-qalb lill-bezziegha, tghinu lid-dghajfa, tistabtru b’kulhadd. Qisu li hadd ma jrodd deni b’deni, imma fittxu dejjem il-gid ta’ xulxin u ta’ kulhadd.

Ifirhu dejjem, itolbu bla heda, izzu hajr lil Alla f’kollox. Dan hu li jrid Alla minghandkom fi Kristu Gesů. Ixxekklux l-Ispirtu, tmaqdrux il-profezija, ippruvaw kollox: it-tajjeb zommuh u fuq kollox warrbu kull xorta ta’ hazen. U Alla tas-sliem iqaddiskom f’kollox, u jzommkom shah bla mittiefsa fl-ispirtu, fir-ruh u fil-gisem, sa ma jigi Sidna Gesů Kristu. Fidil hu Alla li sejjhilkom, u huwa jaghmel dan. Huti, itolbu wkoll ghalina” (1Tess 5:12-25).